Alessandro Scarlatti
Alessandro Scarlatti | |||
---|---|---|---|
1684 - 1702 | |||
Ħajja | |||
Isem propju | Pietro Alessandro Gaspare Scarlatti | ||
Twelid | Palermo, 2 Mejju 1660 | ||
Mewt | Napli, 22 Ottubru 1725 | ||
Familja | |||
Ulied | |||
Familja |
uri | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Taljan | ||
Għalliema |
Giacomo Carissimi (mul) Vincenzo Amato (en) Marc'Antonio Sportonio (en) | ||
Studenti |
uri
| ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
kompożitur klaviċembalist | ||
Xogħlijiet importanti |
La Santissima Annunziata (en) Stabat Mater (en) Griselda (en) Mitridate Eupatore (en) Il Sedecia (en) | ||
Sħubija | Arcadian Academy (en) | ||
Moviment | mużika Barokka | ||
Moviment artistiku |
mużika klassika opra mużika liturġika | ||
Strument/i tal-mużika | klaviċembalu |
Pietro Alessandro Gaspare Scarlatti (twieled fit-2 ta' Mejju 1660 – miet fit-22 ta' Ottubru 1725) kien kompożitur Barokk Taljan, magħruf speċjalment għall-opri tiegħu u għall-kantati tiegħu. Huwa meqjus bħala l-iżjed rappreżentant importanti tal-iskola Naplitana tal-opri. Huwa kien il-missier ta' żewġ kompożituri oħra, Domenico Scarlatti u Pietro Filippo Scarlatti.[1]
Ħajja
[immodifika | immodifika s-sors]Scarlatti twieled f'Palermo (jew f'Trapani)[2][3], li dak iż-żmien kienet parti mir-Renju ta' Sqallija. Ġeneralment jingħad li kien student ta' Giacomo Carissimi f'Ruma, u wħud għandhom it-teorija li kellu xi rabta mat-Tramuntana tal-Italja minħabba li x-xogħlijiet bikrin tiegħu donnhom għandhom l-influwenza ta' Stradella u ta' Legrenzi. Il-produzzjoni f'Ruma tal-opra tiegħu Gli equivoci nel sembiante (1679) wasslitlu l-appoġġ tar-Reġina Christina tal-Iżvezja (li dak iż-żmien kienet tgħix f'Ruma), u huwa sar il-maestro di cappella tagħha. Fi Frar 1684 huwa sar il-maestro di cappella tal-Viċirè ta' Napli, x'aktarx permezz tal-influwenza ta' oħtu, kantanta tal-opri, li jaf kienet il-maħbuba minn taħt ta' nobbli Naplitan influwenti. Hemmhekk huwa pproduċa sensiela twila ta' opri, li huma notevoli l-iktar għal kemm huma mexxejja u espressivi, kif ukoll mużika oħra għal okkażjonijiet statali.
Fl-1702 Scarlatti telaq minn Napli u ma reġax lura sa meta d-dominazzjoni Awstrijaka ħadet post id-dominazzjoni Spanjola. F'dan l-intervall huwa gawda l-patrunaġġ ta' Ferdinando de' Medici, u għat-teatru tiegħu ħdejn Firenze huwa kkompona l-opri, u tal-Kardinal Ottoboni, li għamlu l-maestro di cappella tiegħu, u kisiblu kariga simili fil-Bażilika ta' Santa Marija Maġġuri f'Ruma fl-1703.
Wara li żar Venezja u Urbino fl-1707, Scarlatti reġa' lura Napli mill-ġdid fl-1708, u baqa' hemm sal-1717. Sa dak iż-żmien milli jidher Napli kienet pjuttost xebgħet mill-mużika tiegħu; madankollu, iċ-ċittadini ta' Ruma apprezzaw xogħlu iktar, u fit-Teatro Capranica f'Ruma pproduċa wħud mill-ifjen opri tiegħu (Telemaco, 1718; Marco Attilio Regolò, 1719; La Griselda, 1721), kif ukoll xi eżemplari nobbli ta' mużika tal-knisja, inkluż Quddiesa ta' Santa Cecilia għall-kor u għall-orkestra, li kkomponiha f'ġieħ Santa Cecilia għall-Kardinal Francesco Acquaviva fl-1721. L-aħħar xogħol tiegħu fuq skala kbira jidher li kienet is-serenata mhux kompluta Erminia għat-tieġ tal-prinċep ta' Stigliano fl-1723. Huwa miet f'Napli fl-1725 u ndifen hemmhekk fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Montesanto.
Mużika ta' Scarlatti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-mużika ta' Scarlatti tifforma rabta importanti bejn l-istili vokaliċi tal-Barokk Taljan bikri tas-seklu 17, biċ-ċentri tagħhom f'Firenze, f'Venezja u f'Ruma, u l-iskola klassika tas-seklu 18. Madankollu, l-istil ta' Scarlatti huwa iktar minn element tranżizzjonali fil-mużika tal-Punent; bħall-biċċa l-kbira tal-kollegi tiegħu f'Napli, huwa juri fehim kważi modern tal-psikoloġija tal-modulazzjoni u spiss ukoll juża bdil kostanti fit-tul tal-frażijiet, tant tipiku tal-iskola ta' Napli.
L-opri bikrin tiegħu — Gli equivoci nel sembiante tal-1679; L'honestà negli amori tal-1680, bl-arja famuża "Già il sole dal Gange"; Il Pompeo tal-1683, bl-arji magħrufa sew "O cessate di piagarmi" u "Toglietemi la vita ancor," u oħrajn sa madwar l-1685 — fihom il-kadenzi iktar antiki fir-reċtar, u varjetà konsiderevoli ta' forom mibnija bir-reqqa fl-arji qosra tagħhom, xi kultant akkumpanjati mill-kwartett tal-korda, b'elaborazzjoni dettaljata, xi drabi bil-continuo biss. Sal-1686, huwa kien stabbilixxa b'mod definittiv l-forma tal-"overture Taljana" (it-tieni edizzjoni ta' Dal male il bene), u kien abbanduna l-kuntrabaxx u l-arja b'forma binarja f'żewġ stanzi favur arja b'forma ternarja jew tat-tip da capo. L-aqwa opri tiegħu ta' dan il-perjodu huma La Rosaura (1690, stampata mill-Gesellschaft für Musikforschung), u Pirro e Demetrio (1694), bl-arji "Le Violette" u "Ben ti sta, traditor".
Minn madwar l-1697 'il quddiem (La caduta del Decemviri), influwenzat parzjalment x'aktarx mill-istil ta' Giovanni Bononcini u probabbilment wisq iktar mill-gosti tal-qorti tal-Viċirè, l-arji tal-opri tiegħu saru iktar konvenzjonali u b'ritmu komuni, filwaqt li s-siltiet mużikali tiegħu kellhom ritmu mgħaġġel u grezz, għalkemm xorta waħda brillanti (L'Eraclea, 1700), bl-użu frekwenti tal-oboe u tat-trumbetti, u d-daqq tal-vjolini f'daqqa. L-opri li kkompona għal Ferdinando de' Medici ntilfu; jaf kienu jagħtu idea iktar favorevoli tal-istil tiegħu peress li l-korrispondenza tiegħu mal-prinċep turi li kienu ġew komposti b'sens sinċier ħafna ta' ispirazzjoni. Mitridate Eupatore, meqjusa bħala l-kapulavur tiegħu u komposta għal Venezja fl-1707, fiha mużika ferm iktar avvanzata minn kwalunkwe xogħol ieħor li Scarlatti kien ikkompona għal Napli, kemm bħala teknika kif ukoll bħala poter intellettwali. L-opri Naplitani ta' wara (L'amor volubile e tiranno tal-1709; La principessa fedele tal-1710; Tigrane tal-1714, eċċ.) huma kabbarija u effettivi iktar milli emozzjonali ferm; l-istrumentazzjoni timmarka avvanz kbir fuq ix-xogħol preċedenti, peress li d-dmir prinċipali ta' akkumpanjament tal-vuċi jitħalla f'idejn il-kwartett tal-korda, u l-arpa tiġi rriżervata b'mod esklużiv għar-ritornelli (riturnelli) strumentali storbjużi. Fl-opra tiegħu Teodora (1697) huwa ħareġ bl-idea tal-użu tar-ritornello orkestrali.
L-aħħar grupp ta' opri tiegħu, li kkompona għal Ruma, fihom sentiment poetiku iktar imqanqal, stil wiesa' u dinjituż tal-melodija, sens drammatiku qawwi, speċjalment fir-reċtar akkumpanjat; mezz li hu stess kien uża għall-ewwel darba saħansitra fl-1686 (Olimpia vendicata) u stil ferm iktar modern ta' orkestrazzjoni, bil-kurunetti jidhru għall-ewwel darba u ttrattati b'effett li jispikka.
Apparti l-opri, l-oratorji (Agar et Ismaele esiliati tal-1684; La Maddalena tal-1685; La Giuditta tal-1693; Oratorju tal-Milied għall-ħabta tal-1705; S. Filippo Neri tal-1714; u oħrajn) u s-serenati, li kollha għandhom stil simili, Scarlatti kkompona iktar minn 500 kantata għall-vuċi ta' solista. Dawn jirrappreżentaw l-iżjed tip intellettwali ta' mużika kantata ta' dak iż-żmien, u tassew ħasra li baqgħu kważi kollha fil-manuskritti, peress li l-istudju bir-reqqa tagħhom huwa indispensabbli għal kull min jixtieq ikollu idea adegwata tal-iżvilupp ta' Scarlatti.
Il-ftit Quddisiet tiegħu (ma tant huwa kredibbli l-għajdut li kkompona xi mitejn quddiesa) u l-mużika tal-knisja tiegħu inġenerali komparattivament mhumiex importanti, għajr il-Quddiesa ta' Santa Cecilia (1721), li hija waħda mill-ewwel tentattivi tal-istil li laħaq il-milja tiegħu fil-Quddisiet famużi ta' Johann Sebastian Bach u Ludwig van Beethoven. Il-mużika strumentali tiegħu, għalkemm mhux mingħajr interess, hija pjuttost antikwata meta mqabbla max-xogħlijiet vokaliċi tiegħu.
Opri
[immodifika | immodifika s-sors]Titlu | Ġeneru | Subdiviżjonijiet | Librett | Data tad-debutt | Post, teatru |
---|---|---|---|---|---|
Gli equivoci nel sembiante | dramm mużikali | 3 atti | Pietro Filippo Bernini | Frar 1679 | Ruma, Giovanni Battista Contini's private theatre |
L'onestà negli amori | dramm mużikali | 3 atti | Pietro Filippo Bernini | 3 ta' Frar 1680 | Ruma, teatro della Pace |
Tutto il mal non vien per nuocere(revised as Dal male il bene Napli 1687) | kummiedja mużikali | 3 atti | Giuseppe Domenico de Totis | Jannar 1681 | Ruma, Teatro Capranica |
Il Pompeo | dramm mużikali | 3 atti | Nicolò Minato | 25 ta' Jannar 1683 | Ruma, Teatro Colonna |
L'Arsate | 3 atti | Flavio Orsini | Karnival (19-20 ta' Frar) 1683 | Ruma, Palazzo Orsini 'a Pasquino' tad-Duka ta' Bracciano Flavio Orsini | |
L'Aldimiro overo Favor per favore | dramm mużikali | 3 atti | Giuseppe Domenico de Totis | 6 ta' Novembru 1683 | Napli, Palazzo Reale |
La Psiche overo Amore innamorato | dramm mużikali | 3 atti | Giuseppe Domenico de Totis | 21 ta' Diċembru 1683 | Napli, Palazzo Reale |
Olimpia vendicata | dramm mużikali | 3 atti | Aurelio Aureli wara Ludovico Ariosto | 23 ta' Diċembru 1685 | Napli, Palazzo Reale |
La Rosmene overo L'infedeltà fedele | melodramm | 3 atti | Giuseppe Domenico de Totis | Karnival (15-16 ta' Frar) 1686 | Ruma, Palazzo Doria Pamphili |
Clearco in Negroponte | dramm mużikali | 3 atti | Antonio Arcoleo | 21 ta' Diċembru 1686 | Napli, Palazzo Reale |
La santa Dimna | kummiedja mużikali | 3 atti | Benedetto Pamphili | Karnival (7-8 ta' Frar) 1687 | Ruma, Palazzo Doria Pamphili |
Il Flavio | dramm mużikali | 3 atti | wara Matteo Noris | 14 ta' Novembru 1688? | Napli, Palazzo Reale |
L'Amazzone corsara overo L'Alvilda | dramm mużikali | 3 atti | Giulio Cesare Corradi | 6 ta' Novembru 1689 | Napli, Palazzo Reale |
La Statira | dramm mużikali | 3 atti | Pietro Ottoboni | 5 ta' Jannar 1690 | Ruma, Teatro Tordinona |
Gli equivoci in amore overo La Rosaura | melodramm | 3 atti | Giovanni Battista Lucini | Diċembru 1690 | Ruma, Palazzo Cancellaria |
L'humanità nelle fiere overo Il Lucullo | dramm mużikali | 3 atti | — | 25 ta' Frar 1691 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
La Teodora Augusta | dramm mużikali | 3 atti | Adriano Morselli | 6 ta' Novembru 1692 | Napli, Palazzo Reale |
Gerone tiranno di Siracusa | dramm mużikali | 3 atti | Aurelio Aureli | 22 ta' Diċembru 1692 | Napli, Palazzo Reale |
Il nemico di sé stesso | — | 24 ta' Jannar 1693 | Ruma, Teatro Capranica | ||
L'amante doppio overo Il Ceccobimbi | melodramm | 3 atti | — | April 1693 | Napli, Palazzo Reale |
Pirro e Demetrio | dramm mużikali | 3 atti | Adriano Morselli | 28 ta' Jannar 1694 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Il Bassiano overo Il maggior impossibile | melodramm | 3 atti | Matteo Noris | rebbiegħa tal-1694 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
La santa Genuinda overo L'innocenza difesa dall'inganno (Act 2) | dramm mużikali sagru | 3 atti | Pietro Ottoboni | Diċembru 1694 | Ruma, Palazzo Doria Pamphili |
Le nozze con l'inimico overo L'Analinda | melodramm | 3 atti | — | 1695 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Nerone fatto Cesare | melodramm | 3 atti | Matteo Noris | 6 ta' Novembru 1695 | Napli, Palazzo Reale |
Massimo Puppieno | melodramm | 3 atti | Aurelio Aureli | 26 ta' Diċembru 1695 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Penelope la casta | dramm mużikali | 3 atti | Matteo Noris | 23 ta' Frar 1696?
jew 1694 |
Napli, Teatro San Bartolomeo,
jew Palermo |
La Didone delirante | opra drammatika | 3 atti | Francesco Maria Paglia, wara Antonio Franceschi | 28 ta' Mejju 1696 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Comodo Antonino | dramm mużikali | 3 atti | Francesco Maria Paglia, wara Giacomo Francesco Bussani | 18 ta' Novembru 1696 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
L'Emireno ovvero Il consiglio dell'ombra | opra drammatika | 3 atti | Francesco Maria Paglia | 2 ta' Frar 1697 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
La caduta de' Decemviri | dramm mużikali | 3 atti | Silvio Stampiglia | 15 ta' Diċembru 1697 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Il prigioniero fortunato | dramm mużikali | 3 atti | Francesco Maria Paglia | 14 ta' Diċembru 1698 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Anacreonte | dramm mużikali | 3 atti | Giacomo Francesco Bussani | 1698 | Pratolino, Villa Medicea |
La donna ancora è fedele | dramm mużikali | 3 atti | Domenico Filippo Contini | 1698 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Gl'inganni felici | dramm mużikali | 3 atti | Apostolo Zeno | 6 ta' Novembru 1699 | Napli, Palazzo Reale |
L'Eraclea | dramm mużikali | 3 atti | Silvio Stampiglia | 30 ta' Jannar 1700 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Odoardo | dramm mużikali | 3 atti | Apostolo Zeno | 5 ta' Mejju 1700 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Dafni | ħrafa tal-boskijiet | 3 atti | Francesco Maria Paglia | 5 ta' Awwissu 1700 | Napli, villa tal-Viċirè f'Posillipo |
Laodicea e Berenice | dramm mużikali | 3 atti | wara Matteo Noris | April 1701 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Il pastore di Corinto | ħrafa tal-boskijiet | 3 atti | Francesco Maria Paglia | 5 ta' Awwissu 1701 | Napli, viceroy's villa at Posillipo |
Tito Sempronio Gracco | dramm mużikali | 3 atti | Silvio Stampiglia | Frar 1702 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Tiberio imperatore d'oriente | dramm mużikali | 3 atti | Giovanni Domenico Pallavicino | 8 jew 17 ta' Mejju 1702 | Napli, Palazzo Reale |
Il Flavio Cuniberto | dramm mużikali | 3 atti | Matteo Noris | Settembru 1702? | Pratolino, Villa Medicea |
Arminio | dramm mużikali | 3 atti | Antonio Salvi | Settembru 1703 | Pratolino, Villa Medicea |
Turno Aricino | dramm mużikali | 3 atti | Silvio Stampiglia | Settembru 1704 | Pratolino, Villa Medicea |
Lucio Manlio l'imperioso | dramm mużikali | 3 atti | Silvio Stampiglia | Settembru 1706 | Pratolino, Villa Medicea |
Il gran Tamerlano | dramm mużikali | 3 atti | Antonio Salvi wara Jacques Pradon | Settembru 1706 | Pratolino, Villa Medicea |
Il Mitridate Eupatore | traġedja mużikali | 5 atti | Girolamo Roberti Frigimelica | 5 ta' Jannar 1707 | Venezja, Teatro San Giovanni Grisostomo |
Il trionfo della libertà | traġedja mużikali | 5 atti | Girolamo Roberti Frigimelica | 11 ta' Frar 1707 | Venezja, Teatro San Giovanni Grisostomo |
Il Teodosio | dramm mużikali | 3 atti | Vincenzo Grimani? | 27 ta' Jannar 1709 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
L'amor volubile e tiranno | dramm mużikali | 3 atti | Giovan Domenico Pioli u Giuseppe Papis | 25 ta' Mejju 1709 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
La principessa fedele | dramm mużikali | 3 atti | Agostino Piovene | 8 ta' Frar 1710 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
La fede riconosciuta | dramm pastorali | 3 atti | Benedetto Marcello | 14 ta' Ottubru 1710 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Giunio Bruto overo La caduta dei Tarquini | dramm mużikali | 3 atti | Sinibaldi? | maħsuba għal Vjenna, iżda kkanċellata | |
Il Ciro | dramm mużikali | 3 atti | Pietro Ottoboni | Karnival (8-9 ta' Frar) 1712 | Ruma, Palazzo della Cancelleria |
Scipione nelle Spagne | dramm mużikali | 3 atti | Apostolo Zeno | 21 ta' Jannar 1714 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
L'amor generoso | dramm mużikali | 3 atti | Giuseppe Papis and Silvio Stampiglia | 1 ta' Ottubru 1714 | Napli, Palazzo Reale |
Tigrane | dramm mużikali | 3 atti | Domenico Lalli | 16 ta' Frar 1715 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Carlo re d'Allemagna | dramm mużikali | 3 atti | Francesco Silvani | 26 ta' Jannar 1716? | Napli, Teatro San Bartolomeo |
La virtù trionfante dell'odio e dell'amore | dramm mużikali | 3 atti | Francesco Silvani | 3 ta' Mejju 1716 | Napli, Palazzo Reale |
Telemaco | dramm mużikali | 3 atti | Carlo Sigismondo Capece | Karnival (28 ta' Frar-1 ta' Marzu) 1718 | Ruma, Teatro Capranica |
Il trionfo dell'onore | kummiedja | 3 atti | Francesco Antonio Tullio | 26 ta' Novembru 1718 | Napli, Teatro dei Fiorentini |
Il Cambise | dramm mużikali | 3 atti | Domenico Lalli | 4 ta' Frar 1719 | Napli, Teatro San Bartolomeo |
Marco Attilio Regolo | dramm mużikali | 3 atti | Matteo Noris | Karnival (20-21 ta' Frar) 1719 | Ruma, Teatro Capranica |
Griselda | dramm mużikali | 3 atti | Apostolo Zeno, revedut minn Francesco Maria Ruspoli | Jannar 1721 | Ruma, Teatro Capranica |
Reġistrazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Philharmonia Baroque Orchestra, Nicholas McGegan. (2016). La Gloria di Primavera. Philharmonia Baroque Orchestra. Diana Moore, Suzana Ograjensek, Nicholas Phan, Clint van der Linde, Douglas Williams, Philharmonia Chorale
- Akademie für alte Musik Berlin, René Jacobs. (2007). Griselda. Harmonia Mundi HMC 901805.07. Dorothea Röschmann, Lawrence Zazzo, Veronica Cangemi, Bernarda Fink, Silvia Tro Santafé, Kobie van Rensburg
- Le Consert de l'Hostel Dieu. (2006). Il martirio di Sant'Orsola. Ligia digital: 0202176-07
- Le parlement de musique. (2005). La Giuditta. Ambronay editions: AMY004
- Ensemble Europa Galante. (2004). Oratorio per la Santissima Trinità. Virgin Classics: 5 45666 2
- Academia Bizantina. (2004). Il Giardino di Rose. Decca: 470 650-2 DSA.
- Orqestra barocca di Sevilla . (2003). Colpa, Pentimento e Grazia. Harmonia Mundi: HMI 987045.46
- Seattle Baroque. (2001). Agar et Ismaele Esiliati. Centaur: CRC 2664
- Sedecia, re di Gerusalemme. 2000 . Gérard Lesne, Philippe Jaroussky, Virginie Pouchon, Mark Padmore, Peter Harvey, Il Seminario musicale. Virgin veritas, Erato
- Capella Palatina. (2000). Davidis pugna et victoria. Agora: AG 249.1
- Akademie für alte Musik Berlin, René Jacobs. (1998). Il Primo Omicidio. Harmonia Mundi Fr. Dorothea Röschmann, Graciela Oddone, Richard Croft, René Jacobs, Bernarda Fink, Antonio Abete
- Ensemble Europa Galante. (1995). Humanita e Lucifero. Opus 111: OPS 30–129
- Ensemble Europa Galante. (1993). La Maddalena. Opus 111: OPS 30–96
- Allesandro Stradella Consort. (1992). Cantata natalizia Abramo, il tuo sembiante. Nuova era: 7117
- I Musici. (1991). Concerto Grosso. Philips Classics Productions: 434 160-2
- I Musici. William Bennett (Flute), Lenore Smith (Flute), Bernard Soustrot (Trumpet), Hans Elhorst (Oboe). (1961). 12 Sinfonie di concerto grosso Philips Box 6769 066 [9500 959 & 9500 960 – 2 vinyl discs]
- Emma Kirkby, soprano and Daniel Taylor, countertenor, with the Theatre of Early Music. (2005). Stabat Mater. ATMA Classique: ACD2 2237
- Francis Colpron, recorder, with Les Boréades. (2007). Concertos for flute. ATMA Classique: ACD2 2521
- Nederlands Kamerkoor, with Harry van der Kamp, conductor. (2008). Vespro della Beata Vergine għal ħames vuċijiet u continuo. ATMA Classique: ACD2 2533
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Britannica Academic". academic.eb.com. Miġbur 2022-05-02.
- ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Alessandro Scarlatti". www.newadvent.org. Miġbur 2022-05-02.
- ^ Music, Alfred (1999-11-29). Anthology of Italian Songs (17th & 18th Century), Volume I: Vocal Collection (bit-Taljan). Alfred Music. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna)