Aqbeż għall-kontentut

Radja Nainggolan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Radja Nainggolan
Informazzjoni personali
Twelid4 ta' Mejju 1988 (1988-05-04) (36 sena)
Antwerp, Belġju
Tul1.76 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRoyal Antwerp
Numru4
Mixtliet
2000–2005Germinal Beerschot
2005–2007Piacenza
Karriera professjonali
SninKlabb
2007–2010Piacenza
2010Cagliari (self)
2010–2014Cagliari
2014Roma (self)
2014–2018Roma
2018–2021Inter
2019–2020Cagliari (self)
2021Cagliari (self)
2021–Royal Antwerp
Tim nazzjonali
2004Belġju U-16
2007Belġju U-19
2008–2009Belġju U-20
2007–2010Belġju U-21
2009–2018Belġju

Radja Nainggolan (twieled fl-4 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab professjonalment ma' Royal Antwerp bħala midfilder.

Imwieled f'Antwerp minn omm Belġjana u missier Indoneżjan,[1] Nainggolan beda l-karriera fil-futbol mal-klabb ta' Germinal Beerschot, sakemm fl-2005 ingħaqad mal-klabb ta' Piacenza. Għal Piacenza lagħab fi 38 logħba fl-istaġun 2008–09 fejn skorja tlett gowls hekk kif il-klabb temm l-impenji tiegħu għall-istaġun fl-10 post. Fis-27 ta' Jannar 2010 ing]aqad ma' Cagliari fuq bażi ta' self, bl-oppzjoni li jixtruh fl-aħħar tal-istaġiun.[2] Iddebutta fis-Serie A fis-7 ta' Frar 2010, meta lagħab seba' minuti fit-telfa ta' 3–0 kontra Inter.[3] Fil-21 ta' Ġunju 2010, Cagliari ħabbru li kienu akkwistaw nofs id-drittijiet ta' Nainggolan,[4] bin-nofs l-ieħor jinxtara fi tmiem is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2011.

Nainggolan għamel id-debutt tiegħu għall-klabb il-ġdid fid-9 ta' Jannar 2014, billi beda b'rebħa ta' 1–0 kontra Sampdoria fil-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia 2013–14.[5]

Fit-22 ta' Frar 2014 Nainggolan skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim kapitali, f'rebħa ta' 1–0 kontra Bologna 1909.[6] It-tieni gowl wasal fid-19 ta' April kontra ACF Fiorentina (l-istess riżultat) biex it-tim kiseb kwalifika awtomatika għall-UEFA Champions League.[7]

Fl-2015, Nainggolan iffirma ftehim permanenti ma' Roma, għal €9 miljuni.[8]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Nainggolan għamel l-ewwel dehra għall-Belġju fid-29 ta' Mejju 2009, kontra ċ-Ċili fit-Tazza Kirin.[9]

Fil-5 ta' Marzu 2014 Nainggolan skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu fi dro ta' 2-2 kontra l-Kosta tal-Avorju ġewwa Brussell.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Statistika aġġornata sat-13 ta' Novembru 2015.[10]
 Belġju
Sena Preż Gowls
2009 1 0
2011 1 0
2012 1 0
2013 1 0
2014 4 2
2015 9 2
2016 9 2
2017 3 0
2018 1 0
Total 30 6
Punteġġi u r-riżultati tal-Belġju qedgħin fil-lista xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 5 ta' Marzu 2014 King Baudouin, Brussell, Belġju  Kosta tal-Avorju
2–0
2–2
Logħba ta' ħbiberija
2. 13 ta' Ottubru 2014 Bilino Polje, Zenica, Bożnija u Ħerżegovina  Bosnja-Ħerzegovina
1–1
1–1
Kwal. Kampjonati Ewropej 2016
3. 7 ta' Ġunju 2015 Stade de France, Pariġi, Franza  Franza
3–0
4–3
Logħba ta' ħbiberija
4. 10 ta' Ottubru 2015 Estadi Nacional, Andorra la Vella, Andorra  Andorra
1–0
4–1
Kwal. Kampjonati Ewropej 2016
  1. ^ "From Indonesian king to Juventus, Inter & AC Milan target - Why Radja Nainggolan is set for superstardom" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-01-12. Miġbur 2012-01-13.
  2. ^ "Nainggolan: "Vengo per migliorare"" (bit-Taljan). Cagliari Calcio. 2010-01-27.
  3. ^ "Internazionale vs Cagliari" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-02-07.
  4. ^ "Agazzi è tutto del Cagliari" (bit-Taljan). Cagliari. 2010-06-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-20. Miġbur 2013-07-10.
  5. ^ "Coppa Italia, Roma-Sampdoria 1-0, decide Torosidis: c'è la Juventus nei quarti" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2014-01-09. Miġbur 2014-02-13.
  6. ^ "Nainggolan's first Roma goal sinks Bologna" (bl-Ingliż). Reuters. 2014-02-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-05. Miġbur 2014-04-22.
  7. ^ "World Cup watch: Lionel Messi, Radamel Falcao & Carlos Tevez" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2014-04-21. Miġbur 2014-04-22.
  8. ^ "Operazioni di mercato – Radja Nainggolan" (PDF) (bit-Taljan). AS Roma. 2015-06-24. Miġbur 2015-06-25.
  9. ^ "Kirin Cup : De Laet , Kitoko et Nainggolan aussi" (bil-Franċiż). DH.be. 2009-06-27.
  10. ^ "Radja Nainggolan". eu-football.info (bl-Ingliż). Miġbur 2015-09-03.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]