Mikhail Gorbachev
Dan l-artiklu dwar il-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Mikhail Sergeyevich Gorbachev (bir-Russu: Михаи́л Серге́евич Горбачёв; twieled fit-2 ta' Marzu 1931 – miet fit-30 ta' Awwissu 2022) kien politiku Russu. Hu serva bħala t-tmien u l-aħħar mexxej tal-Unjoni Sovjetika bejn l-1985 u l-1991. It-tentattivi tiegħu għar-riformi wasslu għat-tmiem tal-Gwerra l-Bierda, kif ukoll ikkawżaw tmiem is-supremazija politika tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (PKUS) u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Fl-1990 ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi.
Gorbachyov u t-tmiem tat-tmexxija Komunista
[immodifika | immodifika s-sors]Mikhail Gorbachyov, li tela' fil-poter f'Marzu ta' l-1985, fl-età ta' 54 sena, kien l-aktar mexxej b'talent u dinamiku li r-Russja kienet rat għall-ħafna snin. Kien determinat li jbiddel u jerġa' jagħti l-ħajja lil pajjiż wara s-snin sterili wara l-waqgħa ta' Krushchev. Hu kellu f'moħħu li jagħmel dan billi jimmodernizza lil Partit Komunista bl-ideat ġodda ta' glasnost (ftuħ) u perestroika (ristrutturar - ekonomiku u soċjali).
Dan il-ħsieb ġdid mal-ewwel ħalla impatt fuq il-politika barranija, b'inizjattivi ġodda għal ''dètente'', relazzjonijiet maċ-Ċina, tluq mill-Afganistan u fl-aħħar it-tmiem tal-Gwerra Bierda lejn l-aħħar ta' l-1990.
Gorbachyov wera biċ-ċar x'kien ħażin fl-Unjoni Sovjetika, f'diskors li għamel waqt Konferenza tal-Partit fl-1988. Hu qal li s-sistema kienet wisq ċentralizzata u għalhekk ma ħallietx spazju għall-inizzjattiva individwali lokali. Kienet ibbażata kompletament fuq kontroll u tmexxija mill-istat u indirizzata wisq lejn id-difiża u industriji kbar u b'hekk kien hemm nuqqas ta' ġid lejn il-konsumatur.
Gorbachyov ma riedx itemm il-Komuniżmu; ried ibiddel is-sistema preżenti, li kienet għada wisq Stalinista, ma waħda soċjalista li kienet umana u demokratika.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mikhail Gorbachev (Mikhail Gorbachev) |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Mikhail Gorbachev |
- (RU, EN) Il-Fondazzjoni Gorbachev