Pika ta' Pallas
Pika ta' Pallas | |
---|---|
Pika ta' Pallas Ochotona pallasi | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Ochotonidae |
Ġeneru: | Ochotona |
Speċi: | O. pallasi |
Isem binominali | |
Ochotona pallasi Gray, 1867 | |
Sottospeċi | |
Firxa tal-Pika ta' Pallas |
Il-Pika ta' Pallas (Ochotona pallasi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Asja, normalment f'ambjent muntanjuż.
Din hija speċi ta' pika komuni mifruxa fuq territorju vast u tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika.
Il-Pika ta' Pallas għandha rata ta' riproduzzjoni għolja ħafna , minbarra li kapaċi tirriproduċi kemm il boton f'kull stagun, dawn jistgħu jkollhom minn 1 sa saħansitra 13-il żarmuġ. Is-sistema ta' riproduzzjoni tista' tvarja minn sena għal oħra skond il-popolazzjoni u t-territorji disponibbli fil-madwar.
Is-sottospeċi Ochotona pallasi pricei minħabba ċerti differenzi fl-imġieba (eż. waqt li s-sottospeċi l-oħra jgħixu qalb il-ġebel, din tħaffer il-bejta tagħha stess taħt l-art), fil-vokalizzazjoni u fir-riproduzzjoni probabilment 'il quddiem ħa tiġi meqjusa bħala speċi.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Din l-ispeċi mifruxa fil-kontinent ta' l-Asja, eżattament mal-Kazakistan, Mongolja, Ċina u Russja. Is-sottospeċi Ochotona pallasi sunidica qiegħda fil-periklu u Ochotona pallasi hamica fil-periklu kritiku ta' estinzjoni.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Speċi
- Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi
- Sottospeċi
- Ochotona pallasi hamica (Thomas, 1912)
- Ochotona pallasi pallasi (Gray, 1867)
- Ochotona pallasi pricei (Thomas, 1911)
- Ochotona pallasi sunidica (Ma et al., 1980)
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona pallasi. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.