Omnivoru
Omnivoru (mil-Latin: omnis li tfisser "kollox" u vorare li tfisser "taħtaf u tibla l-ikel") hija definita bħala speċi ta' organiżmu li huwa wikkiel ġeneralizzat, mingħajr l-ebda speċjalizzazzjoni partikulari lejn dieta karnivora jew erbivora u kapaċi jiekol il-laħam, protejina kif ukoll il-ħxejjex.
Is-snien tal-annimali omnivori huma inqas speċjalizzati minn dawk tal-annimali karnivori jew erbivori. Din hija distinzjoni importanti, għaliex dawn is-snien jagħtu l-opportunità u l-kapaċità lill-annimali omnivori biex bl-istess effiċjenza jitħnu l-ħxejjex u jċarrtu l-laħam. Dan huwa possibbli b'taħlita ta' snien differenti, dawk ċatti għat-tħin tal-pjanti u dawk illimati u bil-ponta biex itaqqbu u jċarrtu l-laħam. L-istruttura tax-xedaq ta' ħalq il-bniedem huwa eżempju ċar, fejn l-inċisivi u l-kanini qegħdin biex jigdmu u jaqtgħu, waqt li d-dras qegħdin biex jitħnu u jgħaġnu.
L-annimali omnivori kollha jissejħu u jiġu definiti bħala eterotrofi.
Eżempji
[immodifika | immodifika s-sors]- Mammiferi: opossum, ġurdien, xadina, pruċun, ors, volpi u ħanżir.
- Għasafar: Reja, gawwi, tiġieġa u ċawla
Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- MacArdle, John. "Humans are Omnivores" (bl-Ingliż). The Vegetarian Resource Group.