Aqbeż għall-kontentut

Distrett ta' Constanța

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stemma tad-distett ta' Constanța
Id-distrett ta' Constanța fil-mappa tar-Rumanija

Id-distrett ta' Constanța (bir-Rumen: Județul Constanța) huwa wieħed mid-distretti tar-Rumanija (imsejħa judeţ bir-Rumen), li jinsab f'konfini mal-Bulgarija fir-reġjun storiku ta' Dobroġa. Il-belt kapitali hija Constanţa.

It-territorju ta' Constanța jifforma parti mir-reġjun storiku ta' Dobroġa, fi żmien li dan ir-reġjun kien jagħmel parti mir-Rumanija fl-1878. Bejn l-1916 u l-1918, kien taħt ħakma Bulgara, bir-Rumanija tkun alleata ta' Franza u l-Gran Brittanja, u l-Bulgarija ngħaqdet mal-qawwiet tal-Ġermanja, Awstrija-Ungerija u t-Turkija. Il-judeţ ta' Constanța kien diviżjoni amministrattiv taħt il-Prinċipat tar-Rumanija mill-1878 sal-1881, taħt ir-Renju tar-Rumanija bejn l-1881 u l-1948 u mbagħad mar-Repubblika Soċjalista Rumena bejn l-1949 sal-1952. Wara żmien fejn l-istat ta' judeţ kien tneħħa bejn l-1952 u l-1975, b'Constanța tifforma parti minn reġjuni ikbar taħt ħakma Komunista, fl-1975 din reġgħet ġiet stabbilita bħala distrett amministrattiv mir-Repubblika Soċjalista u aktar tard bħala diviżjoni territorjali tar-Rumanija mill-1990.

Id-distrett għandu popolazzjoni ta' 684,082 skont l-aħħar ċensiment tal-2011,[1] b'densità ta' 96 ruħ kull kilometru kwadru. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Rumena, b'komunitajiet Torok u Tatari li għadhom xhieda ta' żmien il-ħakma Ottomana. Attwalment, dan ir-reġjun huwa ċ-ċentru tal-minoranza Musulmana fir-Rumanija.

Etniċità 1880[2] 2002[3] 2011[1]
Total 64,902 715,151 630,679
Rumeni 14,884 (23%) 652,777 (91%) 567,779 (90%)
Torok 14,947 (23%) 24,246 (3.4%) 21,014 (3.3%)
Tatari 22,854 (35%) 23,230 (3.2%) 19,720 (3.1%)
Bulgari 7,919 (12%) 74 (0.01%)
Griegi 2,607 (4%) 590 (0.08%) N/A
Roma/Żingari <100 (<0.1%) 6,023 (0.84%) 8,401 (1.33%)

Qasmiet amministrattivi

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-distrett ta' Constanța jikkonsisti minn 3 muniċipalitajiet, 9 ibliet u 58 komun.

Muniċipalitajiet

[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "Recensământului Populaţiei şi Locuinţelor – 2011" (PDF) (bir-Rumen). Direcţia Judeţeană De Statistică - Constanţa. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-03-24. Miġbur 2017-12-12.
  2. ^ Robert Stănciugel u Liliana Monica Bălașa, Dobrogea în Secolele VII-XIX. Evoluție istorică, Bucharest, 2005; pġ. 202
  3. ^ "Riżultati uffiċjali taċ-ċensiment 2002" (PDF) (bir-Rumen). Recensământul Populaţiei şi al Locuinţelor. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-08-16. Miġbur 2017-12-12.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 44°16′N 28°19′E / 44.27°N 28.31°E / 44.27; 28.31